Żejtuni ta’ 45 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar ħames filati minn fuq sellum fil-power station ta’ Delimara. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħaxija waqt li kien qed iwaħħal sistema tal-arja kundizzjonata f’parti mill-bini tal-impjant.
Huwa inagħta l-ewwel għajnuna minn membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-Istazzjon ta’ Delimara fejn bdew CPR hekk kif huwa waqaf jieħu n-nifs kawża ta’ ġrieħi serji f’rasu. Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn komplew jagħtuh l-assistenza medika sakemm wasal fl-isptar Mater Dei pemrezz ta’ ambulanza.
Dwar dan il-każ infetħet inkesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella.