Raġel waqa’ minn fuq il-blat qrib il-bajja ta’ Riviera b’riżultat li kellha ssir operazzjoni ta’ salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
One News huwa infurmat li r-raġel huwa mill-Kolombja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Preżenti fuq il-post assistew ukoll uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Huwa ddaħħal l-art permezz ta’ dinghy tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-Ġnejna.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.