Tork ta’ 31 sena tilef ħajtu wara li waqa’ f’tank fl-Oil Tanking Services f’Birżebbuġa wara li storda waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq vapur li jaħdem fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:45 fil-Port il-Ħieles f’Birżebbuġa meta l-Protezzjoni Ċivili rċevew sejħa għall-għajnuna wara li raġel waqa’ f’tank u kien jinsab mitluf minn sensieh.
Hu ttella’ fejn ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post. Sfortunatament hu ġie kkonfermat mejjet fuq il-post.