Raġel ta’ 59 sena residenti x-Xewkija qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13.00 f’sit ta’ kostruzzjoni ħdejn Xatt ta’ Lourde, Mġarr Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.