One.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tal-10:40 anzjan waqa’ bil-karozza fil-baħar f’Xatt ir-Risq fil-Birgu.
Il-Pulizija kkonfermat li fuq il-post immedjatament marret ambulanza b’tim mediku, li jidher li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Dan l-istazzjon jinsab infurmat li kien raġel ieħor fuq jott li salvar lill-anzjan li waqa’ bil-karozza.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.