Raġel ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal sena wara li nstab ħati li ta daqqa ta’ ponn lil raġel ieħor.
Il-każ imur lura għal Lulju tal-2019 fil-Belt.
Fil-Qorti l-akkużat iġġustifika dan l-att għaliex il-vittma kien laqtu bir-rota tal-mutur waqt li pprova jgħaddi minn mal-karozza tiegħu.
Il-vittma f’dan il-każ kien sofra ġrieħi gravi.