Kamil Rozychi, Pollakk ta’ 41 sena tressaq il-Qorti akkużat li seraq żewġ magni ta’ dgħajjes minn Manoel Island.
L-akkużat li fil-Qorti qal li ma jaħdimx u li joqgħod Marsaskala wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ransley, esebiet l-evidenza fosthom beritta li kien liebes l-akkużat dak il-ħin li fih wettaq ir-reat. Hija stqarret li l-akkużat ikkopera mill-ewwel. Madankollu, temmen li piena ta’ priġunerija tista’ tgħinu jelimina l-vizzju tad-droga għaliex ikun jista’ jingħata l-attenzjoni meħtieġa u jkun f’ambjent ikkontrollat.
Id-Difiża talbet biex filwaqt li huwa reċidiv u ma jistax jingħata sentenza sospiża skont il-liġi, tagħti kas il-fatt li huwa kkolabora.
Is-sentenza se tkun qed tingħata fl-24 ta’ Novembru li ġej.