Raġel ta’ ħamsa u għoxrin sena weħel xahrejn ħabs sospiżi għal sena u 800 ewro multa wara li ammetta li refa’ idu fuq uffiċjal tal-Puluzija, lbieraħ filgħaxija.
Ir-raġel minn Bormla li ma jistax jissemma minħabba raġunijiet legali deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke akkużat li Insulta u darab ħafif uffiċjal tal-Puluzija waqt li kien fis-sakra.
L-assistenza tal-Puluzija ssejħet wara li r-raġel Bormliż ħoloq kommoSsjoni żejda.