Niġerjan sofra ġrieħi gravi meta safa’ milqut minn karru ta’ dgħajsa waqt li dan kien qiegħed jinħatt ġewwa ż-Żona Industrijali, Tal-Ħandaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ dalgħodu.
Ir-raġel, li għandu 27 sena u jirrisjedi San Pawl il-Baħar, ġie meħud l-Isptar Mater Dei bl-Ambulanza li ssejħet fuq il-post.
Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi qed jinvestigaw il-każ.