Raġel ta’ 49 weġġa’ wara li waqgħet blata fuqu waqt li kien qed isir xogħol ta’ tqattiegħ tal-blat. L-inċident seħħ fl-inħawi ta’ Tigne f’Tas-Sliema għall-ħabta tal-10:00. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma ambulanza b’tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar minħabba ġrieħi li ġarrab f’rasu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, madankollu xhieda fuq il-post tal-inċident qalulna li r-raġel kien f’sensih u beda jikkomunika ma sħabu sakemm waslet l-ambulanza.