Raġel ta’ 40 sena u residenti x-Xgħajra weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ siġra u barrikati li jifirdu t-triq.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar u ttieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku assista fuq il-post tal-inċident u r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie
ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.