Raġel ta’ 54 sena minn Ħal Luqa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet ħadida fuqu fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex.
Dan seħħ għall-ħabta ta’ 12:10 meta r-raġel kien għaddej b’xi xogħol permezz ta’ krejn f’sit tal-kostruzzjoni fl-inħawi.
Wara li ttieħed l-isptar għall-kura, kien ikkonfermat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.