Raġel ta’ 62 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ serjament wara li kellu inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq Nardu Sacco meta r-raġel waqa’ mal-art u ħabat rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fis-sit tal-kostruzzjoni.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.