Raġel ta’ tnejn u tletin sena mill-Venezwela weġġa’ serjament wara li waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari f’bitħa ta’ residenza privata.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sitta fi Triq tal-Qroqq fl-Imsida.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.