Awstrijak ta’ sebgħa u erbgħin sena weġġa’ serjament wara li ġie aggredit f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fix-Xatt ta’ San Ġorġ.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li r-raġel ġie aggredit minn xi persuni li laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI