Raġel ta’ 45 sena minn Ħal Tarxien indarab serjament wara li llum wara nofshinar ċeda bih scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol garaxx fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.