Raġel ta’ 65 sena mill-Marsa sofra minn ġrieħi serji wara li l-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tad-21:15, kellu inċident fil-Mellieħa.
Ir-raġel weġġa’ waqt li kien qed jagħmel xi xogħol bi grinder f’boathouse fi Triq l-Armier iż-Żgħir.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post imbagħad mar l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.