Raġel ta’ 55 sena residenti ż-Żurrieq, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular mill-gallarija tiegħu għal ġo bitħa interna.
L-inċident seħħ għal ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq il-Kittenija, iż- Żurrieq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.