Raġel ta’ 39 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex, qed isofri minn ġrieħi gravi, wara li tilef il-kontroll u ħabat ġo ħajt fi Triq Tul il-Kosta.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel, ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.