Raġel ta’ 63 sena residenti Santa Luċija, weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular waqt li kien nieżel sellum ġo bokka ta’ residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, fi Triq il-Bruka, Santa Luċija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.