Barrani ta’ 63 sena residenti l-Ħamrun qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ sular għoli waqt li kien qed jagħmel xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Mergħad, Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-08:00.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.