Raġel ta’ 51 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.
Qal dan il-Korp tal-Pulizija fi stqarrija hekk kif spjega li l-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 08:50 ta’ filgħodu ġo residenza fi Triq l-Isperanza, il-Mosta.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.