Raġel ta’ 52 sena, iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn fuq sellum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar, f’residenza privata fi Triq San Edwardu, f’Birżebbuġa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ġie assistit minn tim mediku, fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.