Raġel mill-Mali ta’ 36 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol f’fabbrika fil-qasam industrijali tal-Imrieħel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajununa. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.