Albaniż ta’ 36 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq saffolding.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu f’fabbrika fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel, iż-Żejtun.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma kien nieżel minn fuq scaffolding, waqa’ u ħabat rasu.
Fuq il-post issejaħ tim mediku li tah l-ewwel għajnuna u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.