Raġel ta’ 64 sena residenti Ħal Qormi sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq ċint waqt li kien qed jaħdem fi Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-01:00 ta’ waranofsinhar x’ħin intlabet l-għajnuna tal-Pulizija u tim mediku li ħa lill-vittma lejn l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.