Raġel ta’ tlieta u ħamsin sena mill-Imġarr weġġa’ gravi f’inċident li seħħ it-Tlieta waranofsinhar għall-ħabta tal-ħamsa fi Triq Wied Filep fin-Naxxar.
L-inċident seħħ f’barriera meta r-raġel kien qed jaħdem biswit makkinarju li ċċaqlaq u waqa’ fuq saqajh.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.