Raġel ta’ 39 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ tibjid.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart, f’maħżen fi Triq Burmarrad fin-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.