Raġel ta’ 59 sena, residenti Ħal Qormi qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit ta kostruzzjoni fi Triq is-Superjur Manwel Camilleri, iż-Żurrieq.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-istess sit.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.