Raġel ta’ 43 sena mill-Gżira weġġa’ gravi f’inċident waqt li kien fit-trakka ta’ Ħal Far f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar, meta r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.