Karkariż ta’ 25 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li waqa’ bil-mutur li kien qed isuq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu fl-inħawi ta’ Ħemsija, f’Ħ’Attard.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-vittma għal xi raġuni waqa’ bil-mutur tat-tip Yamaha R1.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq dan il-każ.