Taljan ta’ 28 sena li joqgħod Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq San Ġorġ.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Toyota Ist, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena residenti Birżebbuġa wkoll.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.