Raġel ta’ 41 sena miż-Żurrieq weġġa’ gravi f’inċident fil-Qrendi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija fi Triq Wied iż-Żurrieq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel tilef kontroll tal-mutur li kien isuq tat-tip Kymco u waqa’.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.