Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq is-Salina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru minnufih il-pulizija fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel li joqgħod Birkirkara tilef kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha li kien qed isuq u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.