Raġel ta’ 40 sena minn San Ġiljan, weġġa’ gravi wara li llum wara nofshinar tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u ħabat f’ħajt tas-sejjieħ.
L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq l-Imdina, ir-Rabat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Fuq il-post assistew ukoll uffiċjali minn Transport Malta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.