Ġermaniż li għandu 37 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur.
Dan il-każ seħħ għall-ħabta tas-13:45 fi Triq l-Assedju l-Kbir il-Mellieħa.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel li joqgħod il-Mellieħa stess, kien qed isuq mutur tat-tip Husqvarna u tilef il-kontroll tiegħu u għaldaqstant waqa’ minn fuqu.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi fl-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.