Raġel ta’ 24 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax newqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq Valletta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kawasaki, u waqa’.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.