Raġel ta’ tmienja u tletin sena minn Raħal Ġdid weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fil-Fgura il-Ħadd filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl neqsin kwart fi Triq is-Sitta u Għoxrin ta’ Marzu 1972.
Jirriżulta li r-raġel tilef il-kontroll ta’ e-kick scooter li kien qed isuq u ħabat ma’ ħajt.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.