Raġel min-Nepal ta’ 31 sena weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll bil-mutur u waqa’.
Huwa kien qed isuq mutur tal-għamla Peugeot Tweet.
L-inċident seħħ ilbieraħ għal ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.
Tim mediku fuq il-post ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.