Raġel ta’ 32 sena u joqgħod iż-Żejtun, għal xi l-ħdax neqsin kwart ta’ filgħodu, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn vettura, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena residenti San Ġwann.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.