Albaniż ta’ 48 sena residenti n-Nadur, Għawdex weġġa’ gravi wara li intlaqat minn karozza tat-tip Volvo S40 misjuqa minn raġel ta’ 82 sena residenti Santa Venera.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-09:30am fi Triq Dun Karm l-Imsida.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza lill-vittma u aktar tard ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.