Raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Għaxaq weġġa’ gravi wara li ntalaq minn karozza f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs tal-bieraħ filgħaxija f’Dawret Ħal Għaxaq.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti ż-Żejtun u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti Ħal Għaxaq. Bil-konsegwenza tal-inċident, raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Għaxaq li kien miexi fit-triq intlaqat mill-vettura Mazda Demio u sofra xi ġrieħi.
Iż-żewġ xufiera ma sofrewx ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.