Raġel ta’ 35 sena min-Naxxar weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lix-xufier l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.