Raġel ta’ 29 sena minn Ħal Luqa weġġa’ gravi wara li kien inċident tat-traffiku illum wara nofshinar fi Triq il-Mosta, Ħal Lija.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u nqaleb.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt dan l-inċident ġarbet xi ħsarat vettura oħra li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena mill-Mosta.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.