Raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu fi Triq id-Dejma.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Kymco Agility misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.