Pollakk ta’ 27 sena residenti San Ġwann sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ żewġ persuni.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq il-Gallina, San Ġwann.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-Pollakk kien involut f’argument maż-żewġ persuni li wara l-argument intlaqat minn vettura tat-tip Renault Zoe u ż-żewġ persuni telqu minn fuq il-post bl-imsemmija vettura.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel lejn l-isptar Mater Der għall-aktar assistenza medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.