Raġel ta’ 63 sena sofra minn ġrieħi gravi wara li intlaqat minn karozza tat-tip Volskwagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 35 sena fi Triq in-Naġġar, il-Mosta.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7:30 meta fuq il-post issejħu l-pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.