Raġel ta’ 47 sena mill-Imtarfa weġġa gravi wara li ħabat f’arblu bil-karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li Toyota Vitz, misjuqa mir-raġel kienet ħabtet f’arblu, bis-sewwieq kellu bżonn l-assistenza medika.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.