Raġel ta’ 30 sena li jgħix Birżebbuġa weġġa’ gravi f’inċident li nvolva vann f’Ħaż-Żabbar, ilbieraħ filgħaxija.
Il-każ seħħ fit-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq il-Baħrija f’Ħaż Żabbar. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija, irriżulta li huwa kien qed jiftaħ il-bieb tal-garaxx, meta l-vann niżel b’lura, u r-raġel intlaqat mill-vann.
Fuq il-post issejħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li assistew lir-raġel, u ftit wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.