Raġel ta’ 32 sena minn Ħ’Attard iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn gallarija u sofra xi ġrieħi.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta tas-sagħtejn fi Triq l-Imrejkba f’San Pawl il-Baħar.
Jidher li r-raġel għeleb meta ċeda l-ilqugħ tal-gallarija li kien fiha.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn aktar tard, ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.